Joseph Galea, ta’ 32 sena, ġie ikkundannat 16-il xahar ħabs wara li nstab ħati li seraq karozza mill-Mosta.
Fil-Qorti, l-prosekuzzjoni spjegat li reat seħħ fl-2019 fit-Triq Durumblat il-Mosta.
Galea ġie mixli wkoll li f’Settembru tal-2019 seraq diversi għodod minn karozza li kienet ipparkjata f’San Pawl il-Baħar, iżda l-akkuża ma ġietx ippruvata peress li l-prosekuzzjoni ressqet biss il-marki tas-swaba’ tal-imputat.
L-akkużat instab ħati wkoll li għamel €250 fi ħsarat, li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u li, bir-reati li wettaq, sar riċediv.