Eks-segretarja li kienet taħdem għall-kmandant ta’ kamp ta’ konċentrament Nażista nstabet ħatja ta’ kompliċità fil-qtil ta’ aktar minn 10,505 persuna.
Irmgard Furchner, ta’ 97 sena, ittieħdet bħala segretarja adoloxxenti fi Stutthof, u ħadmet hemm mill-1943 sal-1945.
Furchner, waħda mill-ftit nisa li ġew ipproċessati għal reati Nazisti f’għexieren ta’ snin, ingħatat sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi.
Għalkemm kienet ħaddiema ċivili, l-imħallef qablet li kienet kompletament konxja ta’ dak li kien qed jiġri fil-kamp.
Madwar 65,000 persuna huma maħsuba li mietu f’kundizzjonijiet orribbli fi Stutthof, inkluż priġuniera Lhud, Pollakki mhux Lhud u suldati Sovjetiċi li sfaw maqbuad. Peress li Furchner kellha biss 18 jew 19-il sena dak iż-żmien, hija ingħatat sentenza f’qorti speċjali tal-minorenni.
Fi Stutthof, li tinsab ħdejn il-belt Pollakka moderna ta’ Gdansk, intużaw varjetà ta’ metodi għall-qtil ta’ detenuti u mietu eluf fi kmamar tal-gass minn Ġunju tal-1944.