Fi 12 ta’ Diċembru, Dr Lydia Abela nediet it-tielet edizzjoni tal-inizjattiva bit-tema ‘Rigal bi Mħabba – Milied għat-tfal kollha’, li għal sena oħra l-għan tagħha huwa li anki tfal minn familji fil-bżonn ikollhom ir-rigal tagħhom dan il-Milied.
Biswit is-siġra tal-Milied, u taħt tinda mballata b’għadd ta’ rigali li l-Maltin għoġobhom jgħaddu għal din il-kampanja, ħadna l-kumment ta’ Aaron Zahra – kelliem għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru – dwar dak li hemm imħejji fi Pjazza Kastilja għal nhar l-Erbgħa.
Qal, ‘Il-qofol ta’ din l-attività jibda mid-disgħa ta’ filgħodu b’villaġġ tal-Milied li se jkun qed isir għall-ewwel darba fi Pjazza Kastilja. Imbagħad, matul il-ġurnata, se jkollna diversi avvenimenti li se jkunu qed isiru, fosthom wirja mis-sezzjoni tal-klieb u ż-żwiemel tal-Pulizija, wirja oħra mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex, fis-siegħa u kwart ta’ nofsinhar, jidħlu l-Forzi Armati ta’ Malta ermezz tal-Banda b’kunċert.’
Il-kantanti Klinsmann Coleiro u Kurt Calleja flimkien mal-Band Kantera u l-Melury And Friends se jkunu qed jagħtu sehmhom ukoll f’din l-attività.
Is-Sur Zahra tenna bl-appell tiegħu lil-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Qal, ‘L-appell tiegħi huwa wieħed biex nhar l-Erbgħa li ġej, kmieni filgħodu jiġifieri mid-disgħa ta’ filgħodu sa tard filgħaxija jingħaqdu magħna sabiex flimkien nuru x’kapaċi jagħmlu l-Maltin, f’festa ta’ ġenerożita, illi se nkunu qed inwasslu minn din il-pjazza, imbgħad tifrex madwar Malta u Għawdex kollu, għax fil-jiem tal-Milied se nkunu qed inferrħu diversi tfal li għal xi raġuni jew oħra, il-familji tagħhom ma jkunux jistgħu iwasslu rigal tal-Milied, allura permezz ta’ din l-attivita’ Rigal b’imħabba se nkunu qed nagħtu rigal’
Dis-sena ‘Rigal b’imħabba’ mhux se tferraħ biss tfal, għaliex għall-ewwel darba ħasbet ukoll fil-ħlejjaq li m’għandhomx vuċi kif sostna mal-mikrofonu ta’ One News, Aaron Zahra.
Qal, ‘Dis-sena kibret din l-inizjattiva’ għax barra t-tfal, dis-sena wkoll se nkunu qegħdin nintroduċu rigal b’imħabba b’differenza, għaliex se junu qed jibbenifikkaw il-pets tagħna, li r-rigali li qed jinġabru bħalissa fl-Isptar Mater Dei, dawn se jkunu qed jitqassmu wkoll fil-jiem tal-Milied.’