Ġiet appuntata Kummissjoni li se tkun qed tieħu ħsieb l-iżvillupp sostenibbli f’pajjiżna. Dan tħabbar mill-Ministru għall-ambjent José Herrera.
Il-President tal-Kummissjoni se jkun Maurice Mizzi filwaqt li l-membri l-oħra appuntati huma Joe Zammit Tabone, Ellen Pulis u Jason Bonniċi. Liema membri jaħdmu f’setturi differenti f’dak li għandu x’jaqsam żvillupp sostenibli.
Il-Kummissjoni se tkun qed tiltaqa’ darba kull tliet xhur u hija fid-dover li xxerred l-għarfien dwar l-iżvillupp sostenibli. L-għan tagħha huwa li jissaħħu l-kuntatti f’dik li hija riċerka xjentifika u ma entitajiet governattivi biex l-għarfien jgħaddi lis-settur privat u jisma’ lill-pubbliku.
Herrera spjega li din l-entitá hija kważi awtonoma u se tkun qed taħdem fuq livell lokali, Ewropew u internazzjonali.