Puka, il-Mascot tal-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa tal-2023 ġie introdott ippreżentat dalgħodu f’attività mtella’ mill-Kumitat Olimpiku Malti fil-Kumpless SportMalta Cottonera.
Puka, derivat tal-lampuka, il-ħuta li hija sinonima ma’ Malta, ġie ddisinjat minn The Concept Stadium. Il-kuluri vibranti li l-lampuka hija magħrufa għalihom intużaw bħala punt ta ‘tluq meta inbeda d-ddisin l-Mascot.
Il-viżjoni tal-mascot ġiet żviluppata billi ngħaqqadu flimkien elementi tal-kultura Maltija, l-enerġija tal-gżira Maltija, in-natura amikevoli tal-Maltin u l-marka ikkulurita maħluqa għal dawn il-Logħob. Din il-viżjoni żvillupat f’mascot dinamiku li jirrappreżenta u jissimbolizza l-valuri ta’ dawn il-Logħob b’mod sportiv u mod divertenti.
“L-iżvilupp ta’ din il-mascot iġib ingredjent ieħor tipiku tal-kultura Maltija, li simili għad-disinn tal-logo tagħna jġib kulur, enerġija u element ta’ gost lil dawn il-Logħob. Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha involuti fil-ħolqien ta’ Puka. Konvinti li Puka, malajr issir aspett popolari u rikonoxxibbli immedjatament ta’ dawn il-Logħob hekk kif nibnu għall-pass li jmiss lejn dawn il-Logħob. ” irrimarka Julian Pace Bonello, President tal-Kumitat Olimpiku Malti, u Ko-President tal-Kumitat Organizzattiv tal-Logħob lokali.
Puka se jkun animat biex jirrappreżenta l-għaxar dixxiplini sportivi li ġew inklużi f’dan il-logħob – atletika, basketball, judo, rugby 7s, ibburdjar, sparar, squash, għawm, table-tennis, u tennis.
Mark Cutajar, Ko-Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv tal-Logħob irrimarka li qed issir ħidma bla heda minn wara l-kwinti, biex jiġi żgurat li tinħoloq esperjenza memorabbli għal aktar minn elf atleta u uffiċjali li se jkunu Malta għal dawn il-Logħob. It-tnedija tal-Mascot se tkompli tiġġenera aktar interess u appoġġ għal dawn il-Logħob, temm jgħid.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħaqżagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal li dawn il-logħob se jaqgħduna bħala pajjiż wieħed, “Ninsabu avvanzati sew f’dawk li huma peparamenti biex nospitaw u naraw li l-Logħob tal-Pajjiżi ż-żgħar f’pajjiżna jkunu suċċess u b’hekk inkomplu nuru li pajjiżna jista’ jkompli jsir hub sportiv”, qal il-Ministru Grima. “Dan huwa settur li jgħaqqad lill-atleti u wkoll lill-pajjiż, u qed inħarsu ‘l quddiem biex inkomplu nagħtu l-appoġġ tagħna lil dawk li se jieħdu sehem”, qal il-Ministru Grima filwaqt li sellem lill-atleti kollha li se jirrappreżentaw lil pajjiżna.
Preżenti għat-tnedija kien hemm studenti minn skejjel tal-gvern lokali, privati u tal-knisja li wkoll jieħdu sehem f’attivitajiet qosra, marbutin mal-Logħob, li ppermettelwhom isiru jafu lil Puka.
“Meta żviluppajna din il-mascot u l-marka tal-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa, ma qisniex dan il-proġett bħala wieħed ta’ klijent ieħor iżda pjuttost bħala marka tagħna stess peress kburin immens li aħna parti minn dawn il-Logħob” Jonathan Dalli, fundatur, The Concept Stadium.
Il-Logħob tal-Pajjizi z-Żgħar tal-Ewropa tal-2023 se jsiru f’Malta bejn it-28 ta’ Mejju u t-3 ta’ Ġunju.