In-numru ta’ persuni li għażlu lukandi jew akkomodazzjoni liċenzjati f’pajjiżna żdiedu b’ 14.7% f’Novembru meta kkumparat mal-istess xahar fl-2015. In-numru ta’ ljieli żdied ukoll b’9.3%.
Dan ifisser li f’Novembru 2016, in-numru ta’ persuni li għażlu akkomodazzjoni f’pajjiżna kien ta’ 118,396 filwaqt li n-numru ta’ ljieli kien ta’ 620,795. Bil-maġġoranza tagħhom, 49.5%, għażlu lukandi ta’ erba’ stillel.
In-numru ta’ persuni li sabu akkomodazzjoni f’Malta żdiedu b’ 15.2% meta kkumparat ma’ Novembru 2015, b’9.6% żieda fin-numru ta’ ljieli li qattgħu f’dawn il-lukandi u stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni.
Dawk li għażlu Għawdex u Kemmuna ukoll żdiedu b’ 4.3%, jiġifieri total ta’ 5,214 persuna.