Ir-referi Polakk Szymon Marciniak ġie appuntat sabiex jikkontrolla l-Finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ għada, fil-Lusail Stadium, bejn Franza u l-Arġentina.
Marciniak, li għandu 41 sena, ilu referi tal-FIFA mis-sena 2011 u ta’ għada se tkun it-tielet partita f’din il-kompetizzjoni. Huwa kkontrolla l-logħba bejn Franza u d-Danimarka fil-fażi tal-gruppi u dik bejn l-Arġentina u l-Awstralja, fir-rawnd tal-aħħar 16.
Intant il-logħba li se tibda daqs siegħa oħra (fl-16:00), bejn il-Kroazja u l-Marokk, għall-finali tat-tielet u r-raba’ post, se tkun ikkontrollata mir-referi mill-Qatar Abdulrahman Al-Jassim. Al-Jassim għandu 35 sena u ilu referi tal-Fifa mill-2013. Huwa kkontrolla l-logħba bejn l-Istati Uniti u Wales, fil-fażi tal-gruppi. Fl-2019, kien ikkontrolla l-Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs bejn Liverpool u Flamengo. Fl-edizzjoni tat-Tazza tad-DInja ta’ erba’ snin ilu kien parti mit-tim tal-Video Assistant Referees.
Ritratt: AFP