Claire Mallia, li hija learning support educator fl-iskola ta’ Stella Maris, ġiet premjata bħala l-Ħaddiema tas-Sena.
Dan hekk il-Ġimgħa filgħaxija saret iċ-ċerimonja “Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena”, li jirrikonoxxi d-dedikazzjoni u l-bżulija tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.
F’kummenti li tat, Claire Mallia qalet kif f’xogħlha bħala edukatriċi dejjem tara li tagħmel differenza pożittiva f’ħajjet l-istudenti.
Ftit wara li ħaddet dan il-premju, Mallti qalet li “Niddedika dan il-premju lit-tfal u l-familji kollha li ħdimt magħhom tul is-snin u li għad irrid naħdem magħhom. Jien dejjem emmint li dak li naf jien u li kapaċi nagħmel għandi naqsmu ma’ ħaddieor u l-motto tiegħi għall-ħajja huwa li rrid nagħmel differenza.”
Fi premjijiet oħra, id-direttur Ġenerali tad-diviżjoni tal-Manutenzjoni u tindif, Ramon Deguara rebaħ il-Premju għall-Aħjar Maniġer tas-Sena, filwaqt li l-Onclogy Ward 1 ntgħażlu bħala t-tim tas-sena.
Janice Azzopardi u Mario Said rebħu il-premju għall-aħjar imprenditur u imprenditriċi rispettivament filwaqt li Martina u Carlos Borg rebħu l-premju għall-iktar mexxejja żagħżugħa ispiranti.
Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità rebħu l-premju għall-iktar organizzazzjoni inklussiva filwaqt li Alliance rebħet il-premju għall-iktar organizzazzjoni l-bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja privata.
Il-kumpaniji V Squared u Gadgets rebħu l-Premju għall-aktar Kumpaniji li jippromwovi r-Responsabbiltà Soċjali, filwaqt li Raymond Scicluna rebaħ premju ta’lifetime achievement
Waqt din iċ-ċerimonja, il-President ta’ Malta George Vella ħeġġeġ lil kull min iħaddem biex ma jkunx xħiħ fejn tidħol is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.
Waqt li radd ħajr lill-ħaddiema kollha tas-sagrifiċċji li għamlu matul il-pandemija, il-President Vella ħeġġeġ lil min iħaddem biex ikomplu jagħmlu użu mis-sistemi elettroniċi anke issa li r-restrizzjonijiet huma xi ħaġa tal-passat.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, tkellem dwar miżuri li daħlu fis-seħħ favur il-ħaddiema, dejjem bl-għan li jiġu mtejba l-kundizzjonijiet u l-kwalità tal-ħajja tagħhom.