Fl-aħħar żewġ partiti tal-ġimgħa filgħaxija Ħamrun Spartans u Gudja United akkwistaw rebħiet importanti meta huma għelbu lil Mosta u lill-Marsaxlokk rispettivament.
Fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Hamrun Spartans ħallew għal aħħar sabiex skorjaw u eventwalment rebħu l-partita. Kien konfront pjuttost bilanċjat b’Hamrun b’aktar inizjattiva iżda qatt ma tefaw lix-Xlukkajri taħt pressjoni serja. Iż-żewġ timijiet kellhom iċ-ċansijiet li jmorru fil-vantaġġ iżda l-iskor baqa ma’ infettaħx sad-90 minuta bil-konfront deher destinat għal draw ta’ mingħjar gowls. Fil-ħin mogħti żejjed, kellna ħarġa diffetuża tal-goalkeeper ta’ Marsaxlokk Marko Drobnjak li minnha approfitaw Hamrun u Matthew Guillaumier mill-viċin ma jfalliex għal skor finali ta’ 1- 0.
Fit-Tony Bezzina Stadium Gudja United għelbu 2 – 1 lill-Mosta.
Gudja fil-vantaġġ fil-31 minuta permezz ta’ Ayrton Azzopardi iżda Mosta ġabu d-draw eżatt qabel l-intervall grazzi għal Clayton Failla. Ta’ minn jirrimarka li Tyrone Farrugia tkeċċa għal Mosta żewġ minuti qabel l-intervall.
Mal-bidu tat-tieni taqsima Gudja mill-ġdid fil-vantaġġ meta Nicolas Navarrete sab ix-xibka avversarja biex sat-tmiem il-partita l-iskor baqa’ dak ta’ 2 – 1.
Għada jintlagħbu l-aħħar żewġ partiti tal-14 il-ġurnata fil-13.00.
Fl-Stadium Nazzjonali Hibernians jaffaċjaw lill-Valletta filwaqt li fl-stess ħin pero fit-Tony Bezzina Stadium Pieta jilgħabu kontra Floriana.