Il-Ġimgħa filgħaxija kompla l-logħob mill-14 il-ġurnata tal-Kampjonat Premier fejn Sirens u Balzan akkwistaw rebħiet importanti meta għelbu lill-Birkirkara u Żebbuġ Rangers rispettivament.
Fit-Tony Bezzina Stadium, Sirens rebħu kontra Birkirkara 1 – 0 f’konfront li kien ikkontrollat minn Eman Grech.
Il-gowl li wassal għar-rebħa tat-tim minn San Pawl il-Baħar ġie skurjat minn Marcelo Pereira Muniz fil-36 minuta.
Fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Balzan kellhom jitħabtu sabiex jegħlbu lill-Żebbuġ 3 – 2.
Balzan fil-vantaġġ fil-25 minuta permezz ta’ Matheus Nogureira Albuguerque de Sousa b’Charles Lokoli Ngoy jagħmel kollox indaqs fil-36 minuta għal 1 – 1. Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Angel Yesid Torres Quinones jerġa jpoġġi lill-Balzan fil-vantaġġ iżda għaxar minuti wara Roberto Enrique Sanchez jerġa igib id-draw għal Żebbug biex l-iskor sar 2 – 2. Hekk kif il-partita dehret riesqa lejn draw ta’ 2 – 2, Angel Yesid Torres Quinones jerġa isib ix-xibka għal Balzan u jagħti rebħa u tlett punti lit-tim ta’ Oliver Spiteri. Ta’ minn jirrimarka li fl-64 minuta Ivan Bozovic tkeċċa għal Balzan.
Intant fl-ewwel partita mill-14 il-ġurnata tal-Kampjonat Premier li intlagħbet il-Ħamis Gżira għelbu lill-St. Luċia 1 – 0 bl-uniku gowl tal-partita jiskorjaħ Steve Pisani fl-44 minuta.