Raġel inħeles minn akkużi ta’ stupru wara li l-allegata vittma kienet inkosistenti fix-xhieda tagħha.
Il-każ seħħ fl-elfejn u sbatax f’Paceville meta l-allegata vittma kienet miexja lejn id-dar. Hawn iltaqgħet mal-akkużat li akkumpanjaha lejn id-dar, u stidinha biex tiġi fil-penthouse tiegħu, u hi aċċettat.
Hija stqarret li tiftakar li kompliet tixrob fid-dar tal-imputat, iżda ma tiftakarx kif spiċċat imneżża’ fis-sodda miegħu.
Qalet li meta qaltlu biex tieqaf huwa poġġa oġġett bil-ponta b’għonqha u hedded li se joqtolha jekk ma tagħlaqx ħalqha.
Tul is-snin, il-Qorti semgħet il-verżjonijiet tal-imputat u tal-allegat vittma, u sabet li filwaqt li tal-imputat kienet konsistenti, l-allegat vittma kienet selettiva u inkonsistenti fix-xhieda tagħha.
Apparti minn hekk, testijiet mediċi sabu li s-sess bejniethom ma kienx sfurzat, iżda kien każ ta’ persuna li bidlet fehemtha aktar tard.