Il-Malta Young Sailors Club se jospita t-22 edizzjoni tal-Mapfre Euromed International Regatta fi tmiem din il-ġimgħa fil-Bajja tal-Mellieħa.
Il-Mapfre Euromed International Regattase tkun qed tilqa ‘l fuq minn 200 baħri li ġejjin minn sittax il-pajjiż, li jinkludu l-Baħrejn, il-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, l-Irlanda, Iżrael, l-Italja, ir-Rumanija, Spanja, it-Tajlandja, l-Olanda, it-Turkija, l-Isvizzera, ir-Renju Unit, l-Ukrajna u naturalment kontinġent b’saħħtu minn Malta.
Ir-Regatta, li tara azzjoni kompetittiva minn żewġ Klassijiet – Optimist u ILCA dejjem attirat flotta internazzjonali b’saħħitha u din is-sena ma kinitx eċċezzjoni. It-tiġrijiet se jsiru mis-Sibt 17 ta’ Diċembru u se jispiċċaw it-Tlieta 20 ta’ Diċembru, b’azzjoni ssir ftit barra l-Bajja tal-Mellieħa.
Flotta Internazzjonali
Fost dawk li kkonfermaw is-sehem tagħhom, fil-klassi Optimist, wieħed jista’ jsib iċ-Champion Nazzjonali Taljan Tommaso Picotti, numru ta’ parteċipanti fil-Kampjonati tad-Dinja, fosthom Emmanouil Anastasios (Greċja, 19 post) Martinius Hopstock (Norveġja 36 post), Timmy Vassallo (Malta, 38 post) u l-baħrin Ukrajni Danyl Mykhailichenko. u Sviatoslav Madonich li kklassifikaw fir-raba’ u s-sitt post rispettivament fil-Kampjonati tad-Dinja. Se jkun preżenti wkoll l-iSpanjol Joan Domingo li kklassifika fit-tielet post fil-71º Trofeo Ciutat de Palma ospitat mir-Reial Club Nàutic de Palma.
Fil-Klassi ILCA għajnejn se jkunu fuq Irene De Tomas Perello, t-tfajla Champion Ewropea tal-klassi ILC4 ta din is-sena li issa mxiet fil-Klassi ILCA 6.
Att ta’ Solidarjetà
Il-parteċipazzjoni tal-Malta Young Sailors Club fit-Trofeo Ciutat de Palma dan ix-xahar wasslet għal inizjattiva li turi li l-libburjdar imur lil hinn mill-kompetizzjoni fuq l-ilma. Konxju bis-sħiħ mill-qagħda tal-atleti Ukraini u d-diffikultà tagħhom biex jikkompetu fuq livell internazzjonali, il-Malta Young Sailors’ Club estenda stedina lit-tim tar-rebbieħ mill-Ukraina Sviatoslav Madonich biex jingħaqad mal-flotta tal-Euromed. Bl-appoġġ ta’ Yachting Malta, dawn il-baħrin, fosthom Olha Lubianska, Ahnieshka Madonich u Dmytro Karabadzhak qed jiġu ospitati mill-Malta Young Sailors u se jkunu pprovduti b’dgħajjes u akkomodazzjoni għal tul l-avveniment.
Parteċipazzjoni Maltija
Il-pajjiż ospitanti Malta mistenni jkollu parteċipazzjoni b’saħħita fil-klassijiet kollha. Kif mistenni, ir-rebbieħ tal-Optimist Senior Division tas-sena l-oħra Timmy Vassallo, u Jonas Micallef, li kiseb it-tieni post f’din il-klassi, se jkunu qed jieħdu sehem kif ukoll Emily Fenech u Jack Gabriele. Fil-Klassi ILCA, ir-rebbieħa tal-Klassi tas-sena l-oħra Benjamin Vassallo, Jean Paul Zahra kif ukoll baħrin bħal Matthew Flores u Jake Mallia huma wkoll fuq il-lista tal-flotta tal-avveniment.
Il-Mapfre Euromed International Regatta qed tiġi ospitata mill-Malta Young Sailors Club taħt l-awspiċji tal-Malta Sailing Federation.