Minkejja li huwa mbassar li tagħmel ix-xita, t-temperatura mhux se tinbidel wisq hekk kif l-ogħla se tkun ta’ ħmistax-il grad celcius u tinżel għal disa’ gradi celcius ma nżul ix-xemx.
Dan it-tbassir, huwa aħbar pożittiva għal dawk li għandhom pjanat li jqattgħu tmiem-il ġimgħa d-dar, u mhux aħbar daqsek pożittiva għal dawk li kien beħsiebhom joħorġu. Iżda, kif jgħid il-Malti, xemx u xita Alla jaf meta.