Ir-riserva tad-demm qed titlob l-għajnuna tiegħek b’mod urġenti. L-appell qed isir għal demm ta’ kull tip iżda d-demm O positive, A positive u A negative huma l-aktar baxxi. “Min jista’ jiġi, jiġi llum stess, possibbilment dalgħodu” – Kien dan l-appell tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, appell li juri l-bżonn urġenti biex kull wieħed u waħda minnha jsalva ħajja.
Dawk li jixtiequ jagħtu demm jistgħu jagħmlu dan:
• fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa) mit-8:00 am sas-6:00 pm (l-aħħar reġistrazzjoni sas-6:00pm).
Huwa importanti li wieħed jieħu l-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.