Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront tat-tliet Rumeni akkużati bil-qtil ta’ Joseff Rivas.
L-ewwel xhud kien l-Ispettur Kurt Zahra li spjega kif meta l-Pulizija waslu fuq il-post il-vittma kien għadu ħaj u nstab fuq l-għatba ta’ ħanut tal-pastizzi.
Spjega kif fil-ġlieda ntużaw skieken, tabella tal-injam u banketta.
Waqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ħareġ kif it-tliet akkużati huma pimps ta’ prostituti nisa li jgħixu f’appartamenti biswit ix-xena tad-delitt.
L-Ispettur inkarigat mill-investigazzjoni spejga li kienu l-akkużati nfushom li rrapurtaw għand il-Pulizija l-ġlieda li seħħet l-għada tal-qtil.
Wieħed mill-akkużati stqarr ukoll mal-Pulizija dwar kif kienu jaħdmu biex jaqilgħu l-flus minn dan iċ-ċirku ta’ prostituzzjoni.
Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia, Kurt Zahra qal li f’inqas minn żewġ minuti l-vittma, li wasal f’Malta ftit tal-ġimgħat ilu, qala 28 daqqa’ ta’ sikkina. Dettal li nqabad minn kameras tas-sigurtà.