Il-metodu ta’ kif taħdem it-tmexxija tal-Parlament Ewropew qed jibqa’ jkun is-suġġett ta’ diversi artikli u opinjonijiet fid-dawl tal-każ ta’ korruzzjoni kbira li faqqa’ fl-istess Parlament Ewropew fl-aħħar jiem.
Il-ġurnal Politico rrapporta li d-diskors li għamlet il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, huwa wieħed ta’ tħassib għax qed tipprova titfa’ l-ħtija band’ oħra.
“Metsola tippreferi li dan il-każ tqisu bħala problema ta’ndħil barrani … minflok bħala problema bin-nuqqas ta’ kontrolli interni u trasparenza fil-Parlament innifsu,” qal il-Politico l-Ħamis filgħodu. Ilbieraħ, anke Prim Ministru nnota n-nuqqasijiet tal-Parlament Ewropew.
Meta rrimarka kif il-Bureau tal-Parlament Ewropew jaħdem b’mod sigriet, il-Politico fakkar li l-Viċi-President tal-Parlament Ewropew akkużata b’korruzzjoni, Eva Kaili, marret barra minn triqitha biex ftit xhur ilu togħġob lil Roberta Metsola. Fil-fatt, meta f’nofs kontroversja sħiħa Metsola riedet taħtar iċ-chief of staff tagħha Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, Kaili ma mxietx mal-linja tal-partit tagħha u tivvota għall-kandidat ta’ Metsola. Il-Politico rrapporta dwar dan filwaqt li qal li l-istess Bureau ħoloq pożizzjonijiet amministrattivi ġodda fil_Parlament biex iqassamhom fost mexxejja politiċi li appoġġjaw lil Metsola.
Aqra aktar: