Iċ-Ċina neħħiet sitt uffiċjali mir-Renju Unit, inkluż wieħed mill-aktar diplomatiċi għolja, xahrejn wara vjolenza fil-konsulat tagħha f’Manchester.
Ir-Renju Unit kien talab lill-uffiċjali jneħħu d-dritt tagħhom għall-immunità diplomatika biex jippermettu li jiġu interrogati dwar inċident li seħħ f’Ottubru.
Is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin James Cleverly esprima d-diżappunt tiegħu li ħadd mis-sitta issa mhu se jiffaċċja l-ġustizzja.
Il-grupp kien jinkludi l-konslu ġenerali Zheng Xiyuan, li huwa akkużat li sawwat lil dimostrant favur id-demokrazija, li jismu Bob Chan u huwa minn Hong Kong. Chan weġġa’ wara li tkaxkar fl-art tal-konsulat u ġie msawwat minn grupp ta’ irġiel.
Minkejja li kien identifikat fir-ritratti, Zheng ċaħad li attakka lil Chan. Iżda aktar tard qal lill-ġurnalisti li kien qed jipprova jipproteġi lill-kollegi tiegħu, u żied li Chan kien qed jabbuża minn pajjiżu, u mill-mexxej tiegħu. Saħasittra kien irrapportat jgħid: “Naħseb li huwa dmiri”.
Id-deċiżjoni taċ-Ċina li tneħħi d-diplomatiċi hija meqjusa bħala tentattiv biex it-tilwima tikkalma u jiġi evitat aktar skambju negattiv mar-Renju Unit.