F’xhieda emozzjonanti, Megan Thee Stallion iddeskriviet ix-xokk li ħasset meta rapper ħabib tagħha, Tory Lanez, allegatament spara tiri ta’ arma tan-nar fuqha.
“Ma nistax nemmen li ninsab hawn u li qed nagħmel din l-istqarrija,” qalet lil ġurija f’awla tal-Qorti f’Los Angeles.
Ir-rapper rebbieħa ta’ Grammy Award qalet li nqatlet f’saqajha wara li telqet minn festin ħdejn pixxina fid-dar ta-personalità Kylie Jenner.
Megan Thee Stallion, li isimha proprju huwa Megan Pete u għandha 27 sena, xehed li l-allegat attakkant irrabja wara li maqdret it-talent mużikali tiegħu. Il-ġurati semgħu li hi insultat lill-akkużat u talbet li toħroġ minn karozza lussuża li kienu fiha, qabel ma spara ħames tiri lejha. Allegatament, l-akkużat ta’ 30 sena, li ismu proprju huwa Daystar Peterson, ikmandaha biex “tiżfen” qabel irrabja u fetaħ in-nar, fl-inċident li seħħ f’Hollywood Hills fit-12 ta’ Lulju 2020.
Ir-rapper qed jiċħad l-akkużi kontrih. Jekk jinstab ħati, jeħel sa 23 sena ħabs.