Numru ta’ stati fl-Amerika bħalissa qed jesperjenzaw maltemp kbir, tant li meteorologu spjega li l-maltempata ta’ riħ qawwi u borra hija akbar minn dak li normalment tkun.
Kawża ta’ dan il-maltemp, diversi nies fl-istat ta’ Texas spiċċaw midruba filwaqt li xi bini ġarrab ħsarat.
Matul il-jum, bosta stati fiċ-ċentru u t-Tramuntana tal-Amerika, saħansitra, mistennija jesperjenzaw riħ b’forza ta’ 64km fis-siegħa; filwaqt li huwa mbassar li tinżel madwar 60ċm ta’ borra fi stati fil-Punent tal-Amerika
Fil-fatt, persuni li jinsabu fi stati l-aktar milquta minn din il-maltempata huma mwissija sabiex jibqgħu fil-kenn ta’ djarhom, u xi toroq jinsabu magħluqa minħabba l-periklu. Huwa kkalkulat li, lbieraħ, aktar minn 20 miljun persuna kienu mwissija dwar temp sever.
Dan apparti li bejn it-Tnejn u t-Tlieta, mad-9,000 titjira fl-Amerika ġew affetwati.
Ritratt: AP /Seth Wenig