It-Tlieta fil-10 ta’ filgħodu saret il-parata ta’ Jum ir-Repubblika, fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.
L-ewwel li wasal fuq il-post kien il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta, Clint O’Neil.
Wara wasal il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ martu Lydia u hawnhekk indaqq l-ewwel noti tal-Innu Malti.
Imbagħad wasal il-President ta’ Malta, George Vella flimkien ma’ martu Miriam. Hawnhekk indaqq l-innu Malti u wara spezzjona l-gwardja tal-unur.
Wara segwiet il-parata minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, bis-sehem tal-banda tal-Forzi Armati.
Mexxiet din il-parata annwali ta’ Jum ir-Repubblika, il-Maġġur Sharon Belizzi.
Fi Pjazza San Ġorġ diversi nies inġabru fi Pjazza San Ġorġ sabiex isegwu din il-parata.