Għal għexieren ta’ snin, dawk li jħobbu jaraw il-film Home Alone ta’ kull sena, kienu lesti li jinjoraw il-falliment monumentali li għamlu l-ġenituri Kate u Peter McCallister f’Milied minnhom.
Huwa biss f’nofs titjira ta’ aktar minn 4,000 mil ‘il bogħod mid-dar tagħhom li l-koppja jirrealizzaw li ħallew lit-tifel tagħhom Kevin, ta’ tmien snin, id-dar għall-btajjel. B’riżultat, it-tifel iltaqa’ ma’ ħafna periklu.
Iżda issa teorija ġdida fuq l-internet qed tiċċirkola permezz tas-sit ‘Reddit’, fejn wieħed jista’ jikteb l-osservazzjonijiet tiegħu u jistaqsi mistoqsijiet.
Xi fans li ma jaħrabilhom xejn innotaw li Peter, il-missier, jidher f’mument qasir ħafna jnaddaf wara ikla pizza. Hu u jarmi xi srievet, fil-borża taż-żibel jidher għal mument ċkejken dak li jista’ jkun interpretat bħala biljett tal-ajrju tal-American Airlines, bl-isem ‘Kevin’.
Għalhekk dawk iffissati fuq dan il-film qed joħorġi bi ‘plot twist’ u qed jinterpretaw il-film b’mod kemxejn ikrah: ċioe li Peter ħalla lit-tifel warajh apposta.
Għalkemm lil dawk li ma jieħdux il-films b’serjetà kbira, din l-iskoperta ftit li xejn taffetwahom, hemm min jieħu dawn l-affarijiet b’serjetà kbira. Infatti kumment minnhom jaqra hekk:
“Ejja nneħħu din l-idea li s-Sur McCallister ma jafx x’qed jagħmel. Jaf eżatt x’qed jagħmel.”