Sid qattusa, mill-Istati Uniti, li tħobb toħroġ għal dawra lemaħ nota mweħħla mal-kullar, fejn permezz ta’ din in-nota sar jaf x’kienet qed tagħmel il-qattusa meta toħroġ iddur.
In-nota li kienet mweħħla mal-kullar kienet tgħid “Il-qattusa gustuża tiegħek qed tiġi żżurna darbtejn u anke tliet darbiet kuljum. Nixtiequ nkunu nafu x’jisimha u anke fejn toqgħod f’każ xi darba tindarab.”
Sid il-qattusa qal li “Nala toħroġ ta’ spiss. Fortunatament il-ġirien kollha qalbhom tajba u qatt ma kellna problema, iżda kont sorpriż meta rajt din in-nota mal-kullar tagħha. Naħseb huwa ġest ferm sabiħ li l-ġirien jitħassbu. Nibgħatilhom nota lura żgur!”