Id-Dwana ta’ Malta interċettat it-tielet sejba ta’ vetturi misruqa mill-Kanada. Fi stqarrija, id-Dwana ikkonfermat li nstabu 19-il karozza moħbija f’10 containers ta’ erbgħin pied, li kienu fi triqithom lejn lejn Dubai.
Sal-lum, waqt diversi operazzjonijiet tad-Dwana, inqabdu 43 container bi 78 vettura misruqa mill-Kanada. Kemm il-Pulizija Maltija kif ukoll l-Awtoritajiet Kanadiżi qed jinvestigaw.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-isforzi tad-Dwana ta’ Malta għenu lill-Pulizija Kanadiża tressaq akkużi kontra 9 persuni suspettati li huma marbuta ma’ ħtif ta’ karozzi.
Intant, il-kollaborazzjoni bejn Malta u l-Kanada wasslet għar-ripatrijazzjoni tal-ewwel sejba ta’ vetturi misruqa: ċioe 33 container b’59 mill-vetturi misruqa.