Ruth Micallef, li bħalissa hija l-Kap tal-Programmi tal-istazzjonijiet ONE, se tkun qed tieħu f’idejha t-tmexxija ta’ ONE fil-jiem li ġejjin.
Dan wara li ċ-Chairman preżenti, Jason Micallef se jtemm l-irwol tiegħu f’din il-kariga wara tnax-il sena.
Dan tħabbar mill-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph Debattista f’intervista waqt il-maratona ġbir ta’ fondi li għaddejja bħalissa tal-Partit Laburista u li qed tixxandar b’mod dirett fuq ONE.
F’messaġġ dwar il-ħidma tiegħu fl-aħħar deċenju u aktar, iċ-Chairman Jason Micallef saħaq li l-ikbar sigriet għas-suċċess huwa t-tiġdid.