Libjan ta’ 46 sena li jgħix il-Belt intbagħat 10 xhur priġunerija wara li fil-Qorti ammetta għall-akkużi ta’ serq u anki li huwa riċediv.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li s-Sibt, fl-għassa tal-Pulizija tal-Belt daħal rapport ta’ serq ta’ speaker li jiswa €350 minn ħanut fil-Belt. Hawnhekk ġie spjegat li l-Pulizija bdiet tagħmel ir-ronda
Huwa kien akkużat ukoll li jgħix ħajja ta’ għażż u vaġunbundaġġ, u anki li huwa riċediv.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-imputat għandu fedina penali kulurita, b’diversi każijiet ta’ serq li jmorru lura s-snin u anki weħel sentenzi ta’ ħabs fuqhom.
Fil-Qorti, l-akkużat skuża ruħu talli għamel.