Il-Pulizija arrestat raġel b’rabta ma’ allegat serqa minn ħanut fil-Belt Valletta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ilbieraħ, il-Pulizija ġiet infurmata li persuna mhix magħrufa daħlet f’ħanut li jinsab fi Triq ir-Repubblika u allegatament serqet xi apparat elettroniku.
Wara li ġew analizzati filmati minn kameras tas-sigurtà, minnufih bdew rondi madwar il-Belt u waqt li kienu fl-akwati ta’ Pjazza Tritoni, pulizija nnutaw raġel li ġie identifikat bħala l-allegat ħalliel.
Huwa ġie arrestat u ttieħed fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana għal aktar stħarriġ.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum, għal xi l-ħdax ta’ filgħodu, quddiem ilMaġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras, b’akkużi relatati ma’ serq.