Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-eks-Ministru responsabbli mill-Lands, Jason Azzopardi tant għandu dahru mal-ħajt minħabba l-iskandlu tal-Lowenbrau, li llum flok wieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti li qed jagħmlu xogħolhom, spiċċa mar jirrapportahom lill-Pulizija.
L-istqarrija tgħid li li kieku Jason Azzopardi m’għandux faħam miblul ir-rapport kien imur jagħmlu għal każ ta’ sperġur jew jiftaħ libell kontra Zaren Vassallo li qal li “.. irċivejt risposta mil-Lands għax jiena tkellimt u anke kont mort għand il-Ministru responsabbli dak iż-żmien u r-risposta kienet dan pero’ lesti li npoġġu madwar mejda u nsibu kompromess ..”.
Il-Partit Laburista qal li minflokk għax jinsab maqbud f’morsa wara li Tonio Fenech iddikjara li kieku ġie Zaren quddiemu kien jibgħatu quddiem Jason Azzopardi, għażel li jattakka lill-ġurnalisti li qed jagħmlu xogħolhom billi jikxfu aktar fatti minn dan l-iskandlu.
L-istqarrija temmet tgħid li “xejn mhu se jżommna milli nkomplu nitkellmu fuq dan il-każ.”