L-għaqda studenteska Pulse ħatret eżekuttiv ġdid għal din is-sena, fil-laqgħa ġenerali annwali bit-tema ‘L-istorja tkompli’.
Wara li saret elezzjoni interna, Karl Schembri ħa t-tmun tal-għaqda bi Bjorn Caruana u Gabriel Camilleri jassistuh bħala Viċi-President. Erika Mallia se tkun qed tokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali.
Bahri Hanan, Kieran Muscat, Elton Cachia, Crystal Caruana, Antonella Bonanno, Kylie Bonnici u Amelia Cauchi se jservu bħala uffiċjali fi ħdan l-eżekuttiv il-ġdid.
Zack Mangani se jkun qed jikkordina l-ħidma tal-Pulse fl-Università ta’ Malta. Kirsten Pace u Sarah Bonnici se jikkordinaw il-ħidma fil-Junior College filwaqt li Andre Borg u Mikea Grech fl-MCAST.
Simona Refalo se tkun qed tikkordina l-ħidma f’Għawdex.
Fil-laqgħa ġenerali annwali li saret il-Ġimgħa, fl-Università ta’ Malta, l-eżekuttiv il-ġdid irringrazzja lil dak uxxenti li kien immexxi minn Isaak Koroma.
Fl-ewwel kummenti tiegħu, il-President elett Karl Schembri qal li jħossu onorat li l-għaqda fdatu bit-tmexxija tagħha. Huwa qal li jinsab ottimist biex ikompli jibni fuq it-tajjeb li ħallew il-predeċessuri tiegħu.