Fl-Al Thumami Stadium kellna logħba oħra mill-Kwarti tal-Finali, dik bejn il-Marokk (l-uniku pajjiż Afrikan li fadal) u l-Portugall.
Il-Portugall għal darb’oħra bdew mingħajr Cristiano Ronaldo, hekk kif beda minn fuq il-bank mas-sostituti. Għall-gowlkiper Marokkin Yassine Bounou din kienet il-50 dehra tiegħu fit-Tazza tad-Dinja.
Wara ħinijiet twal bil-pussess tal-ballun u b’diversi attakki, wasal dak li kellu jkun il-gowl tal-partita, hekk fit-42 minuta En-Nesyri poġġa lill-Marokk fil-vantaġġ.
Fit-tieni taqsima l-Marokk komplew jikkontrollaw il-partita, tant li l-Portugiżi ma tawx xutt lejn il-lasta sa mir-raba’ minuta.
FIt-tielet minuta tal-ħin miżjud, il-Marokk spiċċaw ib’raġel anqas, meta Cheddira rċieva t-tieni karta safra f’ħin ta’ minuta u nofs.
Il-Marokk sar l-ewwel pajjiż Afrikan li għadda għas-semifinali, wara li eliminaw lil Spanja u issa lill-Portugall, żewġ pajjiżi mill-Peniżula Iberjana.
Ritratt: Martin Meissner/AP