Tħabbret il-mewt tal-fundatriċi u l-ewwel chairperson tal-SOS Malta, Lilian Miceli Farrugia, fl-għomor ta’ 97 sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-midja soċjali, l-organizzazzjoni ddeskriviet lil Miceli-Farrugia bħala xempju ta’mħabba, mogħdrija, u ġenerożità. Fl-istess waqt, esprimiet il-gratitudni tagħha għall-mod kif mexxiet u qalet li l-legat tagħha fl-SOS Malta se jibqa’jgħix.
Lilian Miceli-Farrugia twieldet Bartoli fis-16 ta’ Diċembru tal-1924 fil-Furjana. Hija żżewġet lill-imprenditur ewlieni Anthony Miceli-Farrugia u kienet involvuta fl-attivitajiet soċjali u filantropiċi relatati mal-impenji tiegħu. Ħolqot ukoll inizjattivi filantropiċi oħrajn hijs stess.
Fl-1999, hija ġiet ivvutata bħala ‘L-Anzjana tas-Sena’.