It-Talibani wettqu dik li hu maħsub li huwa l-ewwel eżekuzzjoni pubblika minn meta rritornaw fil-poter fl-Afganistan is-sena li għaddiet.
Kelliem għall-gvern Taliban qal li raġel inqatel fi grawnd tal-isport iffullat fil-provinċja ta’ Farah fil-Lbiċ tal-pajjiż, wara li ammetta li kien ħati ta’ qtil.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għexieren ta’ mexxejja, inklużi l-biċċa l-kbira tal-ministri ewlenin fil-gvern tagħhom, attendew għall-eżekuzzjoni, li saret permezz ta’ tgħalliq. Ġimgħat ilu, imħallfin ġew inkarigati biex jinfurzaw bis-sħiħ il-liġi tax-Xarija.
Il-mexxej suprem tat-Taliban Haibatullah Akhundzada ħareġ din l-ordni ix-xahar li għadda, u qal lill-imħallfin jimponu pieni li jistgħu jinkludu eżekuzzjonijiet pubbliċi, amputazzjonijiet pubbliċi u tħaġġir.