Wirja mill-aqwa mill-Portugal ta’ Fernando Santos waslet lil dan il-pajjiż fil-kwarti finali tat-Tazza tad-Dinja Qatar 2022 hekk kif għelbu lill-Svizzera 6 – 1.
Il-Portugal iddominaw mill-bidu sal-aħħar bi ftit jew xejn risposta mill-Svizzera.
F”din il-partita spikka n-nuqqas ta’ Cristiano Ronaldo hekk kif il-kowċ Santos ħalla lil dan il-plejer fuq il-bank tas-sostituti u minfloku għażel lil Goncalo Ramos li skorja tlieta f’dan il-konfront.
Wara 17 il-minuta l-attakant ta’ Benfica Goncalo Ramos fetaħ l-iskor bil-veteran Pepe jagħmilhom tnejn fil-33 minuta b’daqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ corner biex l-ewwel taqsima intemmet 2 – 0.
Fit-tieni taqsima l-Portugal komplew fuq lis-stess ritmu hekk kif wara biss sitt minuti Ramos għamilhom tlieta u erbgħa minuti biss wara Guerreiro skorja r-raba gowl tal-partita sa dak il-ħin.
Manuel Akanji naqqas id-distakk għal Svizzera, tim li kienu biss id-dell ta’ dak li rajnihom jagħmlu f’din il-kompetizzjoni.
Iżda l-Portugal ma waqfux għaliex Goncalo Ramos skorja t-tielet gowl tiegħu fil-67 minuta bis-sostitut Rafeal Leao jiskorja s-sitt gowl għal Portugiżi fil-92 minuta.
B’din ir-rebħa ta’ 6 – 1 il-Portugal jaffaċjaw lil Marokk nhar is-Sibt li ġej.
Ritratt: The Telegraph