Marvis Iyeke, Niġerjan ta’ 36 sena weħel sentejn priġunerija sospiżi u multa, wara li kien involtu fi frodi romantiku.
Huwa ġie mixli li fil-11 ta’ Awwissu tal-2020 wettaq ħasil ta’ flus hekk kif kien involut fi frodi romantiku li ffroda żewġ nisa.
Waħda mill-vittmi hija anzjana ta’ 72 sena, li kienet mingħaliha li kienet daħlet f’relazzjoni ma’ suldat Amerikan stazzjonat fl-Afganistan.
Fil-Qorti ntlaħaq qbil bejn il-Prosekuzzjonui u d-difiża, u l-akkużat ikun ikundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u ordnat iħallas multa ta’ €20,000. Barra minn hekk huwa kien ordnat irodd lura €8,000 u €6,000 liż-żewġ nisa.
Fil-Qorti, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech iddeskriviet l-aġir ta’ Iyeke bħala wieħed krudili minħabba li sfrutta l-ġeneroiżità u l-vulnerabilità ta’ żewġ nisa.