Il-Brażil urew il-kwalitajiet tagħhom meta fil-logħba tal-aħħar sittax kontra l-Korea t’Isfel huma rebħu 4 – 1.
L-erba gowls tal-Brażil ġew skurjati fl-ewwel 36 minuta tal-partita biex għamluha ferm diffċii għal Koreani sabiex jidħlu fil-partita. Wara biss seba’ minuti logħob Vinicius Junior poġġa lill Brażil fil-vantaġġ u sitt minuti wara huma ġew mogħtija penalty li minnhu Neymar ma’ falliex għal 2 – 0.
Ebda reazzjoni tal-Korea t’Isfel u fil-29 minuta Richarlison jagħmel l-iskor 3 – 0 biex Lucas Paqueta fil-36 minuta prattikament għalaq il-partita bir-raba gowl favur il-Brażil biex l-iskor sat-tmiem l-ewwel taqsima kien dak ta’ 4 – 0.
It-tieni taqsima kienet sempliċiment ftit aktar minn sessjoni ta’ taħriġ għal Brażil fejn kważi k-kontrollaw kull sitwazzjoni li ġiet għalihom ħlief fil-76 minuta meta Paik Seung-Ho skorja gowl ta’ konsolazzjoni għal Korea t’Isfel.
Fil-kwarti finali l-Brażil issa jaffaċjaw lill-Kroazja.
Ritratt: The Telegraph