L-operazzjoni ta’ salvataġġ għaż-żagħżugħ ta’ 20 sena daħlet fil-15-il siegħa tagħha u, wara li tneħħa ammont kbir ta terrapien mis-sit, ħaddiema tas-salvataġġ tal-Protezzjoni Ċivili ħattew ħajt twil li kien f’periklu li jaqa’ fuq il-post.
Dan ix-xogħol qed isir permezz ta’ makkinarju kbir li nġieb fuq il-post. Ix-xogħol kollu qed isir taħt il-ħarsien tal-ħaddiema tas-salvataġġ u kif ukoll tal-perit tal-Protezzjoni Ċivili.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-ħidma hija waħda mill-aktar delikati u perikolużi minħabba li l-aħħar parti li baqa’ mill-binja hija wkoll f’riskju li taqa’.
It-tfittxijiet mistennija jkomplu tul il-lejl kollu.