Illum fl-16:00, ikollna żewġ logħbiet minn Grupp H, dik bejn il-Ghana u l-Urugwaj u l-Korea t’Isfel kontra l-Portugall.
Il-Portugiżi huma diġa’ kwalifikati. Il-Ghana għandhom bżonn rebħa kontra l-Urugwaj u bi draw jkollhom bżonn li l-Portugall tirbaħ. Jekk il-Korea t’Isfel tiġi t-tieni, trid tiġi mqabbla d-differenza tal-gowls mal-Ghana.
Kemm l-Urugwaj u kemm il-Korea t’Isfel, jgħaddu biss għall-fażi li jmiss jekk jirbħu l-logħbiet tagħhom. Jekk jirbħu t-tnejn li huma, trid tiġi mqabbla d-differenza tal-gowls.
Imbagħad fit-20:00, minn Grupp Ġ, is-Serbja tilgħab kontra l-Iżvizzera u l-Kamerun kontra l-Brażil.
Il-Brażil qegħdin fil-quċċata, pero’ jekk jitilfu u l-Iżvizzera tirbaħ, tiġi mqabbla d-differenza tal-gowls.
L-Iżvizzera għandha bżonn rebħa bi skor kbir u bi draw tkun tiddependi fuq il-Brażil u d-differenza tal-gowls mal-Kamerun.
Kemm is-Serbja u kemm il-Kamerun għandhom bżonn li jirbħu u d-differenza tal-gowls tkun deċiżiva għal min minnhom jgħaddi fit-tieni post.
Ritratt: Getty Images.