Il-ħamis filgħaxija, parti minn triq f’San Pawl il-Baħar ċediet fuq proprjetà. Kawża ta’ dan l-inċident inqasmet katusa kbira tad-dranaġġ.
Il-każ seħħ fi Triq ix-Xagħra Bandieri f’San Pawl il-Baħar u fuq il-post hemm is-servizzi tal-emerġenza, fosthom il-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
Fuq Facebook, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri spjega li membri tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fuq il-post, inkluż bl-użu ta’ klieb u drones sabiex jivverifikaw k’ma kienx hemm persuni taħt it-tifrik.
Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.