Tul ix-xahar ta’ Ottubru, Malta kellha t-tieni l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi taż-Żona tal-Ewro.
Dan jirriżulta minn ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-EUROSTAT, li minnhom ħareġ li pajjiżna li għandu rata ta’ qgħad baxxa 3.1 fil-mija.
Minn din l-istastika ħareġ li r-rata ta’ qgħad ta’ pajjiżna hija inqas sew mill-medja tal-pajjiżi taż-Żona tal-Ewro, li f’dan l-istess xahar kienet ta’ 6.5 fil-mija – iktar mid-doppju tar-rata ta’ pajjiżna.
F’dawn iċ-ċifri ħareġ li l-unika pajjiż li jaqbeż ir-rata ta’ qgħad ta’ pajjiżna mill-pajjiżi kollha taż-Żona tal-Ewro huwa l-Ġermanja.
Din ir-rata ta’ qgħad f’Malta hija waħda baxxa minkejja l-isfidi internazzjonali bla preċedent u fl-isfond taċ-ċertezza u l-istabbiltà li qed toffri l-politika tal-gvern Malti biex ikompli jseħħ l-investiment u jinħoloq aktar xogħol.