Il-Kumitat Olimpiku Malti u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni ħabbru t-tnedija ta’ Kompetizzjoni ta’ Kitba ta’ Poeżiji dwar il-Loghob tal-Pajjizi Z-Zghar tal-Ewropa li ser jisiru f’Malta fl-2023.
Is-sottomissjonijiet, li jistgħu jintbagħtu bl-Ingliż jew bil-Malti għandhom jinkludu waħda mis-sitt temi magħżula li jinkludu Kompetizzjoni fl-Isport, Saħħa fl-Isport, Tgawdija fl-Isport, Malta fil-Logħob Olimpiku, Il-Logħob tal-Pajjzi ż-Żgħar tal-Ewropa u/jew Il- Storja tal-Isport Malti. Mhux se jkun hemm limitu ta’ kliem għal entrati bħal dawn.
Sottomissjonijiet f’format diġitali mill-Primarja (Sena 5 u 6), Skejjel Medji (Sena u 8), u Sekondarja (Sena 9, 10 u 11) għandhom jintbagħtu lil Miriam Aquilina (miriam.aquilina@ilearn.edu.mt) sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 20 ta’ Jannar 2023. Sottomissjonijiet tard ma jiġux ikkunsidrati.
Ċertifikat ta’ Pubblikazzjoni ser jigi moghti lill-parteċipanti kollha, filwaqt li l-aqwa 50 sottomissjoni se jkunu inklużi f’pubblikazzjoni edukattiva kommemorattiva, filwaqt li l-awturi tal-aqwa tliet sottomissjonijiet se jirċievu Materjal ta’ branding u promozzjoni tal-GSSE2023.
“Din hija opportunità kbira għall-istudenti tagħna biex juru l-kreattività tagħhom u jsiru aktar involuti fl-atmosfera li qed tinbena hekk kif noqorbu tal-Logħob tal-2023.” ikkummenta Kevin Azzopardi, Segretarju Ġenerali, Kumitat Olimpiku Malti.
Il-Logħob tal-Pajjizi z- Żgħar ta’ l-Ewropa se jkun ospitat għat-tielet darba wara l-edizzjonijiet ta’ suċċess ospitati fl-1993 u l-2003.