Anzjan ta’ 79 sena li jgħix Għajnsielem tilef ħajtu wara li tilef il-kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq u baqa’ dieħel f’żewġ karozzi li kienu pparkjati.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9 tal-ilbieraħ filgħaxija fi Triq l-Ixprunara, Għajnsielem.
Fuq il-post marru l-Pulizija u tim mediku li ħa l-anzjan l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex iżda sfortunatament, huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa, Simone Grech.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.