Fiż-żewġ partiti tal-Erbgħa filgħaxija, l-Arġentina għelbu lill-Polonja u l-Messiku lill-Għarabja Sawdija 2 – 0 u 2 – 1 rispettivament.
Kienu l-Arġentina u l-Polonja li kwalifikaw minkejja li l-Pollakki u l-Messikani kellhom l-istess ammont ta’ punti.
Il-Polonja u l-Messiku kellkom erba’ punti kull wieħed, bil-Pollakki jikkwalfikaw minħabba li kellhom differenza ta’ gowls aħjar f’dan il-grupp.
L-Arġentina ddominaw il-konfront kollu iżda kellhom jistennew sat-tieni taqsima sabiex fteħu l-iskor wara l-penalty dubjuż li ingħataw fl-ewwel 45 minuta, li ġie salvat minn Szczesny.
Wara ftit sekondi mal-ftuħ tat-tieni taqsima Alexis Mac Allister irnexxielu jsib ix-xibka mill-ewwel u jpoġġi lill-Arġentina fil-vantaġġ. Ir-reazzjoni tal-Polonja ma waslet qatt anzi kienu l-Arġentina li komplew jżiedu u meritatament skorjaw t-tieni gowl fil-67 minuta permezz ta’ Julian Alvarez.
Bir-riżultat ta’ 2 – 0, il-Polonja bdew jiddefendu fit-tentattiv li ma’ jsofru l-ebda gowl ieħor hekk kif fil-fatt ġara sabiex ikkwalifikaw għal mall-aħħar sittax flimkien mall-Arġentina.
Intant fil-partita bejn l-Għarabja Sawdija u l-Messiku, żewġ gowls għall-Messiku ma’ kienux biżżejjed sabiex dawn jikkwalifikaw.
Il-gowls tal-Messiku waslu t-tnejn fit-tieni taqsima; l-ewwel permezz ta’ Henry Martin fil-47 minuta u fil-52 minuta Luis Chavez bit-tim tal-Arabja Sawdija jirrispondu b’gowl lejn it-tmiem permezz ta’ Al Dawsari.
Fil-fażi tal-aħħar sittax il-Polonja taffaċja lil Franza nhar il-Ħadd filwaqt li l-Arġentina jilagħbu kontra l-Awstralja s-Sibt.
Ritratt: NY Times