Il-grupp folkloristiku KANTERA għadhom kif ħarġu l-vidjo mużikali tal-aħħar kanzunetta tagħhom; ”Bil-kelma t-tajba”. Għal din il-kanzunetta lill-Kantera narawhom f’kollaborazzjoni ma’ HOOli.
B’lirika ta’ Joe Julian Farrugia flimkien ma’ HOOli u b’mużika ta’ Claudio Teuma Castelleti, il-kanzunetta ”Bil-Kelma t-Tajba” tirrigwardja fuq kemm irridu nkunu konxji tal-konsegwenzi wara ċertu kummenti li ngħidu.
”Ħajjitna saret iddur madwar il-midja soċjali u dak li naraw alavolja jista’ jkun qarrieq, xorta sirna nemmnuh anke minn sempliċiment titlu, naqbdu u naqtgħu l-verdett tagħna fuq xulxin. Għandna bżonn nagħrfu ngħixu flimkien billi b’kelma tajba lil dak li jkun, taf tkun ta’ ġid, minflok naqbdu nattakkaw u nweġġgħu lil dak li jkun”
KANTERA
Tista’ ssegwi l-vidjo ta’ din il-kanzunetta hawnhekk: