Fl-Al Janoub Stadium, kellna lill-Awstralja li għelbet lid-Danimarka bl-iskor ta’ 1-0. B’dan ir-riżultat, huma l-Awstraljani li ngħaqdu mal-Franċiżi u għamluha għall-fażi li jmiss.
Il-gowl tar-rebħa wasal mas-siegħa logħob, meta minn azzjoni ta’ kontrattakk, kien Matthew Leckie li skorja għall-Awstralja.
Fl-istess ħin fl-Education City Stadium, Franza li kienu diġa’ rashom mistrieħa fil-quċċata ta’ Grupp D, tilfet mat-Tuneżija bl-iskor ta’ 1-0.
It-Tuneżini marru fil-vantaġġ fit-58 minuta, permezz ta’ Wahti Khazri.
Il-Franċiżi skorjaw il-goal tad-draw, fl-aħħar ħinijiet, b’daqqa ta’ ras ta’ Antoine Griezmann. Ir-referi mar jivverifika dan il-gowl mal-VAR u ma tahx. Ir-raġuni kienet li mill-freekick li wassal għar-rebound li minnhu sar il-gowl, l-istess Griezmann kien offside.
Illejla fit-20:00, minn Grupp Ċ, ikollna l-Għarabja Sawdija kontra l-Messiku u l-Arġentina kontra l-Polonja.
Ritratt: John Sibley/Reuters