Lura f’Lulju, ġeru kien misjub marbut f’borża sewda f’Transylvania fir-Rumanija. L-istess ġeru nstab f’kundizzjoni vera ħażina, hekk kif kellu sieq miksura u saħansitra dud li jieklu l-laħam fil-feriti tagħha.
“Naħseb li din il-kelba kienet qalgħet xeba kbira sabiex tinqatel,” qalet Helen Taylor, is-sidt li adottat lil din il-kelba bl-isem ta’ Anora.
Il-kelba ttieħdet b’mod immedjat għand veterinarju fejn irċiviet il-kura medika neċessarja.
Eventwalment meta fieqet minn kollox kienet fortunate hekk kif mara mill-Ingilterra, Helen Taylor, adottat lil Anora, isem li ngħata lilha u li jfisser ‘dawl’.