Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-finalisti tad-19-il Edizzjoni tal-Gala Sports Awards annwali li se ssir nhar it-Tlieta 7 ta’ Diċembru fil-Corinthia Palace Hotel & Spa f’Ħ’Attard.
Wara li ġew ikkanċellati għal sentejn konsekuttivi, dawn il-Premjijiet se jkunu qed jagħmlu ritorn mistenni. L-atleti se jkunu rikonoxxuti għall-kisbiet tagħhom matul il-perjodu tal-kompetizzjoni minn Novembru 2019 – Ottubru 2022.
Il-Kategoriji jibdew mill-Premju Speċjali, segwiti mill-Bronż, il-Fidda u d-Deheb. Dawn se jingħataw abbażi tar-riżultati miksuba f’kompetizzjonijiet internazzjonali ewlenin organizzati taħt l-awspiċi tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-isport rispettiv tal-atleti jew rganizzazzjoni Internazzjonali tal-Isport rikonoxxuta u ta’ reputazzjoni tajba. Se jiġu ppreżentati premjijiet għal Kisbiet Speċjali, lil atleti Olimpiċi u kategorija speċjali fi ħdan il-Hall of Fame.
Il-Premjijiet ta’ din is-sena se jqisu r-riżultati miksuba f’logħob ta’ livell għoli bħalma huma l-Logħob Olimpiku, il-Logħob tal-Commonwealth, il-Logħob tal-Mediterran, u l-Festival Olimpiku taż-Żgħażagħ Ewropej fost avvenimenti internazzjonali oħra li għalihom l-atleti Maltin ġabu suċċess f’Malta.
“Ninsabu ħerqana li nonoraw lil dawk l-atleti li bil-wirjiet tagħhom fix-xena sportiva internazzjonali ġabu magħhom unur għal Malta. Filwaqt li l-pandemija rat ħafna avvenimenti posposti jew imnaqqsa, Malta kienet rappreżentata tajjeb barra, u wasal iż-żmien li nonoraw l-impenn, id-dedikazzjoni u s-sagrifiċċju tal-atleti tagħna” spjega Julian Pace Bonello, President tal-Kumitat Olimpiku Malti. “Minbarra l-midalji miksuba f’logħob ta’ livell għoli bħal-Logħob tal-Commonwealth, European Youth Olympic Festival u l-Logħob tal-Mediterran, atleti li ikkompetew f’avvenimenti sportivi oħra u kisbu riżultati notevoli se jkunu wkoll onorati”
Dawn l-atleti u timijiet se jiġu ppremjati għall-kisbiet tagħhom wara li rrappreżentaw lil Malta fil-kampjonati internazzjonali. Sottomissjonijiet għall-konsiderazzjoni saru minn Federazzjonijiet Nazzjonali affiljati mal-KOM. Is-sottomissjonijiet ġew eżaminati mill-Kummissjoni Teknika tal-KOM immexxija mid-Direttur tal-Isport Charlene Attard u approvati mill-bord Eżekuttiv tal-KOM.
Kunsilli Lokali
Il-Premju tal-Kunsill Lokali se jingħata lil dawk il-lokalitajiet li taw l-appoġġ tagħhom lejn attività sportiva. Din is-sena, il-KOM irċieva seba sottomissjonijiet għall-konsiderazzjoni. Il-kriterji għall-konsiderazzjoni kienu bbażati fuq attivitajiet organizzati fil-lokalità, inklużi skejjel f’dik iż-żona, kull seminar li sar relatat mal-isport, kull għajnuna mogħtija lill-assoċjazzjonijiet sportivi lokali kif ukoll il-kontribut lejn il-manutenzjoni u l-bini ta’ faċilitajiet sportivi.
Hall of Fame
Il-Kumitat Olimpiku Malti se jkun qed iħabbar l-ismijet ta’ diversi individwi li ser jinkiteb isimhomo fil-Hall of Fame. L-approvazzjoni għal dan l-unur hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tagħhom ta’ integrità għolja u li l-kontribuzzjonijiet tagħhom, kemm fil-qasam tal-logħob kif ukoll fir-rwoli amministrattivi li okkupaw, ħallew marka fl-oqsma rispettivi tagħhom.
Il-MOC Gala Sports Awards 2022 qed jiġu appoġġjati minn Olympic Solidarity, European Olympic Committee, SportMalta, Full Marks/Joma, St. James Hospital Planet Physio, Welbee’s, The National Lottery, MITA (Malta Information Technology Agency), General Soft Drinks, Vini e Capricci, Medical Laboratory Services, Sterling Jewellers, AF Printworks Josies Bathrooms u Avanza Academy.
Il-MOC Gala Sports Awards 2022 se jiġu trasmessi live fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Kumitat Olimpiku u mxandra live fuq TVM2 it-Tlieta 7 ta’ Diċembru, fl-2030hrs.
Finalisti tal-2021 u 2022 MOC Gala Sports Awards
Athletics Malta
Claire Azzopardi, Dillon Cassar, Steve Camilleri, Peppijna Dalli, Matthew Galea Soler, Beppe Grillo, Jordan Guzman, Benjamin Micallef, Janet Richard, Daniel Saliba, Roberta Schembri, Carla Scicluna, Charlotte Wingfield, Jeremy Zammit
Aquatic Sports Association of Malta
Ana Culic, Sasha Gatt, Zea Montfort, Emily Ruggier, Under-15 Water polo Team, Under-16 Men’s Waterpolo Team, Under-19 Men’s Waterpolo Team, Senior Men’s Waterpolo Team
Badminton Malta
Francesca Clark, Martina Clark, Jeremy Gatt,
Federazzjoni Lotta
Gary Giordimaina
Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor
Ivan Cassar, Kurt Cassar, Joseph Grima, Kyle Spagnol,
Malta Basketball Association
Men’s’ National Team
Malta Billiards & Snooker Association
Duncan Bezzina, Philip Ciantar
Malta Bowling Association
Sue Abela, Mauro Anastasi, Kenneth Arpa, Rankin Camilleri, Cynthia Duca, Kayden Lagana, Matthew Magro, Dennis Mercieca, Nicholas Muscat, Nicolai Mallia, Mark Spiteri, Melissa Swift, Dwayne Zahra
Malta Cycling Federation
Marie Claire Aquilina, Daniel Bonello, Luke Borg, Jacob Schembri, Jason Vella
Malta Horse Racing Club
Clifferty Calleja, Rodney Gatt
Malta Federation of Body Building & Fitness
Lazam Abraz, Sabrina Grima, Mahmut Rajab
Malta Football Association
Haley Bugeja
Malta Golf Association
Nicholas Beck, Andrew Borg, Ruud Critien, Laurens Schulze Doering, JJ Verelst Micallef
Malta Judo Federation
Katryna Esposito
Malta Karate Federation
Luke Galea
Malta Pool Association
Dejan Grech, Alessio Magro, Scott Muscat, Ryan Pisani
Malta Sailing Federation
Max Koerner, Antonia Schultheis, Richard Schultheis, Victoria Schultheis
Malta Shooting Federation
Marlon Attard, Clive Farrugia
Malta Squash Association
Julian Scerri, Kijan Sultana, Lijana Sultana
Malta Table Football Sports Association
Jurgen Balzan, Samuel Bartolo, Jamie Bonnici, Derek Conti, Mark Gauci, Jason Pisani, Valletta Subbuteo Club
Malta Taekwondo Association
Michaela Scerri
Malta Tennis Federation
Matthew Asciak, Francesca Curmi, Alex Degabriele, Darryl Delicata, Liam Delicata, Jessica Dimech, Elaine Genovese, Helene Pellicano, Dwayne Pullicino
Malta Triathlon Federation
Kai Azzopardi, Keith Galea
Malta Weightlifting Association
Kim Camilleri Lagana, Tenishia Thornton, Yasmin Zammit Stevens, National Mixed Team