L-Olanda u s-Senegal għamluha għall-fażi li jmiss, meta minn Grupp A, huma għaddew bl-ewwel u t-tieni post rispettivament. L-Olanda kisbu seba’ punti u s-Senegal sitt punti.
Is-Senegal għelbu lill-Ekwador bl-iskor ta’ 2-1.
Is-Senegal marru fil-vantaġġ fl-44 minuta, minn penalty skurjat minn Ismaila Sarr.
Fis-67 minuta, l-Ekwador għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ Moisés Caicedo.
Tliet minuti biss wara, wasal it-tieni gowl tas-Senegal permezz ta’ Kalidou Koulibaly.
Fil-logħba l-oħra, gowl f’kull taqsima ta r-rebħa ta’ 2-0 lill-Olanda fuq il-pajjiż ospitant il-Qatar. Il-Qatar daħlu għal dan il-konfront mingħajr l-ebda punt u kienu diġa’ eliminati.
Il-gowls waslu mingħand Cody Gakpo li reġa’ żamm l-appuntament tiegħu fis-26 minuta u Frenkie De Jong fid-49 minuta.
Fit-68 minuta skorja wkoll Steven Berghuis, iżda l-gowl ma ngħatax, għaliex mill-VAR irriżulta li kien hemm fawl fl-azzjoni tal-gowl.
Intant illejla fit-20:00, minn Grupp B, l-Iran jilagħbu kontra l-Istati Uniti u l-Ingilterra kontra Wales.
Ritratt: Getty Images.