B’investiment ta’ madwar miljun ewro ġiet inawgurata binja ta’ tmien appartamenti għal tmien familji f’Ħ’Attard.
Dan il-proġett huwa parti mill-akbar proġett tal-akkomodazzjoni soċjali li qatt sar f’pajjiżna, b’investiment totali ta’ €130 miljun.
Din il-binja ġiet inawgurata mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes. Huwa qal li t-tmien familji għaddew mill-proċess tal-applikazzjoni u l-verifiki, skont l-istrateġija tal-allokazzjoni.
Saħaq li dawn il-postijiet dejjem se jibqgħu f’idejn l-Istat, sabiex min ikun jeħtieġ l-għajnuna jsib kenn.
Qal, “Se nkunu qegħdin mhux biss ninawguraw proġetti oħra fil-ġranet li ġejjin, bil-għan li issa nibdew naqtgħu l-frott tal-ħidma li saret fis-snin li għaddew. U m’hemmx dubju li din il-blokka, bi spiża ta’ madwar miljun ewro, se tkun qed tgħin ħafna familji li jkollhom ħajja aħjar.”