Mattia Binotto irriżenja minn team principal ta’ Ferrari. L-aħbar kienet ilha tissemma’ iżda issa hija uffiċjali.
Kien it-team minn Maranello stess li ħabbar ir-riżenja ta’ Binotto, li min-naħa tiegħu se jkun qed itemm 28 sena servizz ma’ Ferrari.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-kariga ta’ Binotto tiġi fi tmiemha fil-31 ta’ Diċembru.
Filwaqt li rringrazzjawh tas-sevizz li offra, Ferrari wegħdu lill-partitarji tagħhom li fix-xhur li ġejjien se jkunu qed iwettqu tibdil sabiex it-team jerġa’ jkun wieħed kompetittiv għar-rebħ tal-Kampjonat tal-Formula 1.