Tard it-Tnejn filgħaxija r-riżenja l-bord kollu tat-tmexxija ta’ Juventus FC inkluż il-President in-nifsu Andrea Agnelli.
Diversi kienu l-mezzi tax-xandir fl-Italja li r-rappurtaw b’prominenza din l-aħbar hekk kif il-bord ir-riżenja qabel l-assemblea straordinarja. Il-laqgħa tas-shareholders ta’ Juventus kienet skedata għat-23 ta’ Novembru iżda ġiet posposta għas-27 ta’ Diċembru.
Juventus ir-reġistraw telf rekord li jaqbeż il-254 miljun ewro fl-istaġun 2021 / 2022 b’dan it-telf ikun possibilment waħda mir-raġunijiet għaliex il-bord ir-riżenja.
Flimkien ma’ Agnelli r-riżenjaw ukoll Pavel Nedved, Maurizio Arrivabene, Laurence Debroux, Massimo Della Ragione, Kathryn Fink, Daniela Marilungo, Francesco Roncaglio, Giorgio Tacchia u Suzanne Heywood.
Ritratt: Football Italia