Żewġ goals fit-tieni taqsima kontra l-Urugwaj kienu biżżejjed biex il-Portugall għamluha għar-rawnd li jmiss tat-Tazza tad-Dinja Qatar 2022, f’logħba valida minn Grupp H.
L-eroj tal-Portugall bla dubju kien Bruno Fernandes li skorja ż-żewġ gowls tal-partita.
L-ewwel taqsima kienet pjutost kwieta bil-Portugal xi ftit aħjar mill-avversarji iżda qatt ma’ ħolqu periklu serju fuq il-lasti difiżi minn Sergio Rochet.
Fit-tieni taqsima l-Portugiżi tjiebu tant li skorjaw għal darba darbtejn biex it-total ta’ punti fil-grupp tellawħ għal sitta. L-ewwel gowl wasal fl-54 minuta meta cross-shot tal-midfielder ta’ Manchester United Bruno Fernandes spiċċa fix-xibka minkejja li għal xi mumenti deher li seta kien Cristiano Ronaldo li mess il-ballun bir-ras iżda eventwalment il-gowl ingħata lil Fernandes.
Ir-reazzjoni tal-Urugwaj kienet mill-ewwel u għalkemm pruvaw jinfiltraw id-difiża avversarja ma rnexxilhomx anzi kienu l-Portugall li skorjaw it-tieni gowl meta huma ingħataw penalty hekk kif Gimenez deher imiss il-ballun b’idu. Mill-11 il-metru kien mill-ġdid Bruno Fernandes li b’kalma kbira xeħet il-ballun fix-xibka u għamel l-skor finali 2 – 0.
Ritratt: The Telegraph